Members

Malta Girl Guides

Malta Girl Guides

Dolphins' Story Time

IL-HABIB IL-GDID

Storja ta' Natalie Portelli

Taqbila ta' Mark Anthony Vella

 

      

Go bahar fond hafna, bejn Malta u Ghawdex kien hemm vilagg that il-bahar.  Go dan il-villagg kienu jghixu s-sireni u holqien tal-bahar.  Kulhadd kien ferhan u hadd ma kien jonqsu xejn.

       

Wahda mis-sireni kienet fuq taghha u mqarba ukoll.  Il-hbieb favoriti taghha kienu l-istilla tal-bahar, z-ziemel tal-bahar, id-denfil u l-granc li kien joqghod fit-tieqa tal-kamra taghha.

Darba wahda, s-sirena l-imqarba riedet tohrog iddur dawra l-barra mill-villagg taghha.  Il-genituri taghha qatt ma hallewha imma hi ta' imqarba li kienet ma obditx.  Il-hbieb taghha marru maghha.

Id-denfil gham hdejha u l-ohrajn li ma kienux jigru daqshom qaghdu warajhom. Huma u jghumu semghu hoss familjari.

"Trill, trill, trill, trill," kien hoss irqiq hafna imma huma xorta semghuh specjalment d-denfil.

Huma marru minn fejn kien gej il-hoss.  Kienet denfil maqbuda minn zewg qarniti gganteski.  Huma waqfu hesrem daqs kif twerwru.  Imbghad is-sirena l-imqarba ghamlet kuragg u qaltilhom,

 

"Min jaf kieku flok dik id-denfil kien hemm xi hadd minna mqabud?"

Huma ma tkellmu xejn imma fehemuha.  Imbghad marru jistahbew wara blata kbira u hasbu fi pjan kif setghu jsalvaw lil dak ik-denfil.

Is-sirena l-imqarba marret tkellem lill-qarnit.  Hekk kif rawha kienu sejrin jaqbduha ukoll imma indunaw li jekk jaghmlu hekk kienu se jhallu lid-denfil jitlaq ghalhekk qaghdu jharsulha bl-ikrah.

        

Sadanittant iz-ziemel tal-bahar, l-istilla tal-bahar u l-granc marru jaqbdu mal-qrnit u min beda jgharraxhom u min joqroshom.  Il-qarnit beda jillaxka jdejh ftit ftit sakemm id-denfil seta jipprova jahrab.  Meta d-denfil l-iehor ra hekk, mar ta daqqa lill-qarnit u harrab lid-denfil l-iehor. 

Is-sirena l-imqarba qabdet lill-hbieb taghha malajr, qabdithom ma xaghrha li kien twil hafna u ghamet b' kemm kellha sahha lejn il-villagg taghha. 

B'xorti tajba waslu qabel il-qarnit qabadhom.  Il-genituri tas-sirena l-imqarba malajr saru jafu x'ghamlet u kkastigawha talli ma obditx u harget il-barra mill-villagg.  Imma l-kastig kien izghar milli suppost ghax fuq kollox salvat denfil mill-isbah bl-ghajnuna u l-kuragg taghha.